L-Ewwel Night to Shine f’Malta

L-Ewwel Night to Shine f’Malta

L-ewwel Night to Shine f’Malta ser isir fit-13 ta’ Frar 2021. Il-programm virtwali se jinkludi diversi artisti li ser jingħaqdu f’messaġġ ta’ tama għal persuni li jgħixu b’diżabilita. It-trażmissjoni tista’ tkun segwita mid-dar tal-persuna kif ukoll mid-djar għal persuni b’diżabilita. It-tim ta’ voluntiera ser iqassam gift bags b’xejn fuq bażi first come, first served, lill-ewwel 150 persuna li jkunu rreġistraw sal-Ħamis, 11 ta’ Frar 2021 f’nofsinhar.

Night to Shine hija inizjattiva Kattolika/Kristjana li toriġina mill-Istati Uniti mmirata lejn persuni b’diżabilita. Hija bbażata fuq stil ta’ prom night u ssir kull sena għall-ħabta ta’ Jum San Valentinu. Fiha jieħdu sehem persuni b’diżabilita li għandhom diżabilitajiet varji, minn kull qasam tal-ħajja, sabiex jiċċelebraw ħajjithom.

 

Tim Tebow Foundation flimkien ma’ Life Network Foundation 

It-Tim Tebow Foundation hija mpenjata li taqdi u li tiċċelebra persuni b’diżabilita. Twaqqfet minn Tim Tebow, sportiv Amerikan, u timmira li żżid l-outreach tagħha permezz ta’ erba’ inizjattivi ewlenin, jiġifieri Night to Shine, Shine On, International Education and Resource Centres u International Special Needs Coalitions. Il-Fondazzjoni tqis li l-għan tagħha mhux sempliċiment kożmetiku iżda hija mpenjata li tipprovdi l-essenzjali u kura spiritwali għal tfal abbandunati u li m’għandhomx fejn jgħixu. Dan oltre li tipprovdi għal tfal bi bżonnijiet mediċi profondi. Il-Fondazzjoni hija wkoll impenjata tiġġieled kontra t-traffikar tal-bnedmin.

Is-Seba’ anniversarju ta’ Night To Shine

Night to Shine se jiċċelebra s-seba’ anniversarju tiegħu. Fl-2020, ipparteċipaw 721 knisja u 34 pajjiż li għal lejla waħda ngħaqdu biex issir in-Night to Shine għal madwar 110,000 mistieden onorat bl-appoġġ ta’ 215,000 voluntier. Għalkemm din is-sena se jsir virtwalment, aħna ħerqana li naqdu u niċċelebraw lil tant persuni uniċi.

Illum ngħixu f’soċjetà li tilqa’ d-diversità u toffri opportunitajiet lil kulħadd. Iżda għal dawk b’diżabilita, il-ħajja tista’ tkun pjuttost iebsa. Il-membri tal-familja għandhom bżonn l-appoġġ ukoll. Nisa tqal bi prenatal diagnosis negattiva jiffaċċjaw biża’ u għandhom bżonn l-għajnuna. Is-solidarjetà, il-komunikazzjoni u l-inkoraġġiment jistgħu jagħtu ftit aktar tama u jiffaċilitaw il-ħajja ta’ tant nies.

Share Your Thoughts

Your email address will not be published. Required fields are marked *