Tfajliet Kuraġġużi

Victoria

L-istorja speċjali ta Victoria bdiet b’telefonata kunfidenzjali fuq il linji tal-helpline taghna. Omm  zaghzugha kellha bżonn l-appoġġ tagħna. Kellha qrib l-għoxrin sena u kienet ħerqana thares lejn ħajja futura sabiħa. F’daqqa waħda l-affarijiet inbidlu. Pregnancy test ta malajr, Zewg linji blu tefghu lil Victoria f bahar ta nkwiet u paniku. Kif kien jista jkun! Ħasset li kellha wisq problemi – din kien jonqos issa! 

Sempliċement xtaqet li taħrab. Bdiet tara ħajjitha, il-holm kollu li kellha jgħib quddiem għajnejha. U ħasset li kien kollu tort tagħha. Ma setgħetx temmen li kienet ħalliet dan jiġri, lilha minn tant nies  – ħasbet li kellha pjan perfett u issa, wara lejl wiehed,  sparixxa kollox!! 

Ghamlet gurnata tfittex fuq il-mezzi ta l-Internet. Iddecidiet li tfittex l-ghajnuna. Ghamlet kuntatt maghna permezz tal Fb messenger.Victoria żaret għall-ewwel darba l-uffiċċju tagħna, akkumpanjata minn ommha u s-sieħeb tagħha, missier it-tarbija. Giet milqugħa b’tgħanniqa ta solidarjeta!  Madwar mejda, f’ atmosfera ta’ wens, spjegat il-problemi kollha taghha, wahda wara l-oħra, inkluz dik ta tqala mhux mistennija. 

Kienet mifxula u ma kienitx taf kif ser tkompli b’hajjitha. F’atmosfera ta’ kalma, beda l-process fejn bl-ghajnuna, il-problemi kollha  gew identifikati wahda wahda u bis- soluzzjonijiet  proposti. Kien proċess li ha l-hin. 

Ġiet offruta anke akkomodazzjoni, izda il-familja hawnhekk, bis-support urew li lesti jghinuha. Victoria spjegat li xtaqet tibqa indipendenti izda mghejjuna. Sa tmiem l-ewwel laqgħa, Victoria reġgħet bdiet titbissem u dehret inqas anzjuża!! Harget mimlija taghma.

Victoria tghid li fil-bidu, taht xokk qawwi, il- problemi kienu dehru impossibli. Ma ratx kif tista tkompli b’hajjitha.Ma setgħetx tara mod kif toħroġ mis-sitwazzjoni tagħha u xtaqet taħrab! 

Madankollu, spjegat ukoll li kienet f’relazzjoni stabbli ma’ missier it-tifel u li kienet determinata li tkun finanzjarjament indipendenti.Wara l-ewwel laqgħa twila Victoria ċemplet biex tgħidilna li kienet ddeċidiet li żżomm it-tarbija tagħha. Staqsiet jekk tistax tibqa’ f’kuntatt magħna u li xtaqet l-ghajnuna. Fil-fatt, hekk gara. 

Konna mahha matul it-tqala kollha u wara. Sirna parti mill-familja taghha fejn konna nilqghu l-aħbarijiet kollha tul it-tqala tagħha,  inkluż iż-żmien meta skopriet is-sess tat-tarbija tagħha. Mat-twelid, konna l-ewwel nies li bagħtet ritratt flimkien ma ‘video  clip’ qasira li mlietna b’ ħafna ferh. L-akkumpanjament taghna ma Victoria kompla sa ma hija dahlet lura fid- dinja tax-xogħol. Bit-tifel fic-childcare, dahlet lura ghax-xoghol li kienet xtaqet u issa hija finanzjarjament indipendenti, u m’għadhiex teħtieġ l-appoġġ finanzjarju tagħna. Hija baqgħet ukoll f’relazzjoni b’saħħitha ma missier it-tarbija  u qeghdin jippjanaw li fil-futur qarib jinaghqdu ukoll ufficjalment bhala koppja fiz-zwieg.

Victoria talbet li tibqa’ f’kuntatt magħna. Huwa ta unur u pjacir ghalina li nzommu kuntatt mat-tfajliet u familji li nghinu. Ghalina isiru parti mill- familja taghna u huwa ferm inkoragganti ghalina li narawhom jirnexxu fil-hajja u jintegraw ruhhom  fis-socjeta.

Aħna tant nammiraw il-kuraġġ u d-determinazzjoni ta’ Victoria u tfajliet bhala li f’cirkostanzi tant challenging, jaghzlu l-hajja ghat-tarbija taghhom.Illum inharsu l-quddiem ħerqana li dalwaqt niċċelebraw l-ewwel birthday ta’dan it-tifel prezzjuz.

 

Maria   

Maria ġiet Malta biex taħdem. Kellha maghha tifel ta’ tlett snin, minn relazzjoni li kellha. Kienet eċċitata li ser tkun hawn u mimlija tama għall-futur tagħhom. Hi kienet biezla, kapaci u lesta li tahdem. 

Madankollu, lejl ta divertiment biddel dan kollu! Suppost kienet ‘safe’ u responsabbli. Izda l- ‘period’ ma giex u kif ghamlet pregnancy test mill-ewwel gie posittiv. 

Maria ċemplitna f’paniku kbir. Ma setgħetx temmen li kienet tqila, wara  lejl mal-għarus antik tagħha. 

Kienet ċerta li kien se jħalliha, kif kien għamel f’okkażjoni preċedenti u mill-ewwel ħasbet li kellha għażla waħda quddiemha dik li tehles mit-tarbija taghha.Hassitha  iddisprata. Ma setgħetx tara triq ohra.

Maria kienet waħedha ma binha ckejken f’art barranija. Ma kellhiex fuq min iddur – l-ebda familja jew ħbieb tal-qalb  ! U “l-għarus tagħha”, dabbar rasu malli sar jaf bl-ahbar tat-tqala. Maria kienet totalment waħedha ma’ binha ż-żgħir, hasset id-dinja taghha tikkrolla.

Inkwetata li tista titlef ix-xogħol tagħha. Inkwetata wkoll kif issa kienet ser tieħu ħsieb zewgt itfal wahedha. Hija kellha bżonn l-għajnuna biex issib post fejn toqgħod ghax il-kera kienet gholja wisq u kienet qed thallas tlett kwarti tal-paga mizera li kellha.

F’dan l-istadju, ahna ltqajna ma Marija. Il- cousellor taghna poggiet bil-qeghda maghha u flimkien ghamlu plan fit-tul. Raw x’ghajnuniet hemm li japplikaw ghal Marija, waqt it-tqala u anke ghal wara. L-aktar problema urgenti kienet dik tal-akkomodazzjoni.

Il- “maternity home” ta gewwa il-Mosta ma kenitx lesta, ghax kienet ghada kif inkriet u kien ghad qed isir xoghol ta manutenzjoni u zebgha go fiha.

Ghalhekk, sibna akkomodazzjoni temporanja għaliha flimkien ma binha. Xahar wara, meta nfetħet id- dar tagħna, Maria kienet l- ewwel residenta tagħna. Hija ntlaqgħet b’idejha miftuħa u rċeviet kenn ghalijha u għat-tifel ċkejken tagħha. Hekk setgħet tkompli tmur taħdem, bit-tifel fic-childcare u tkompli bit-tqala taghha. 

Akkumpanjana lil Maria u tajniha l-appoġġ emozzjonali li kellha bzonn. Assistejniha ukoll fl-appuntamenti mediċi magħha, inkluż l-ultrasound tagħha meta saret taf is-sess tat-tarbija tagħha. 

Dan kien il-punt ta’ bidla ewlenija għal Maria – meta saret taf li kienet qed tistenna tifla. F’daqqa wahda it-tarbija hadet identita ghal Marija ! Bdiet taghmel il-kuragg u anke thares lejn il-jum li tara lil bintha wicc imb’wicc.

Fil-ħin tat-twelid, Maria kellha l-appoġġ tat-tim kollu taghna. Kien hemm min kien maghha kif weldet lit tarbija. Zornija l-isptar.  Hija kellha l- bzonnijiet kollha inkluz  l- ikel, il-ħwejjeġ, u ġugarelli ghat tarbija.

Ghalina kien ta privilegg naraw lill Marija tintilef wara t-tarbija taghha. It was love at first sight!

X’ emozzjonijiet qanqlitilna Marija bit-tarbija taghha f’ideja. Xi gmiel, x’tezor!

Marija kienet ferħana li ghazlet il-hajja. Izda Marija kienet ghad trid tmur ghal pass kuragguz iehor! Marija iddecidiet li ghal gid tat-tifla ahjar li tkun addottata.

Illum, ghaddew kwazi sentejn, u Maria issa tinsab f’impjieg stabbli, taħdem u hija indipendenti, u tmantni lil binha. Fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha Marija kienet  iddecidiet li jkun ahjar li taghti lil bintha għall-adozzjoni, izda hija zzomm f’kuntatt regolari mal-familja li qed trabbi lil bintha u ssegwiha mill qrib.

Maria thossha ferhana u fil-paci ghad-decizzjoni li ghamlet specjalment meta tara r-ritratti ta bintha tikber. Thossha fil-paci li qeghda ma familja li thobbha u li tista tiehu hsiebha.  Sa danittant hija tkompli b’hajjitha ma binha.